L-MHRA Tirrikonoxxi D-Deċiżjoni Tal-Miżuri Ġodda Tal-Bieraħ
L-MHRA tirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-miżuri ġodda tal-bieraħ, iżda kienet tistenna li jiġu avżati b’żmien raġonevoli.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) itenni b’mod konsistenti l-ħtieġa tal-bilanċ li tas-salvagwardja s-saħħa pubblika u l-ekonomija. Il-prudenza għandha tinżamm kullimkien, u f’kull il-ħin.
L-MHRA tenniet li ilha taħdem mill-qrib tad-dipartiment u Ministru tas-Saħħa kif ukoll tat-Turiżmu biex jiżguraw li l-lukandi u r-ristoranti jkunu jistgħu jibdew mill-ġdid l-operazzjonijiet tagħhom b’mod sostenibbli u b’mod sigur matul dan l-istaġun tas-sajf bil-għan li jiġu stabbiliti pedamenti b’saħħithom għall-bqija tal-sena.
Jekk ħa noqgħodu nippuntaw subgħajna fuq minn għandhom it-tort għaż-żieda reċenti fl-infezzjonijiet tal-Covid-19 mhu ħa niksbu xejn. Covid-19 huwa virus li ma jistax jinqered faċilment, u l-isfida hija li jiġu stabbiliti modi intelliġenti kif l-aħjar ngħixu bih. Iż-żamma tal-lukandi u r-ristoranti magħluqa b’mod indefinit mhijiex għażla vijabbli.
L-MHRA tinnota l-miżura l-ġdida introdotta mill-Gvern ilbieraħ, li ċ-ċertifikat tal-Vaċċin tal-UE/UK bħala kundizzjoni obbligatorja għall-vjaġġaturi kollha li jidħlu f’Malta. L-MHRA sostnew li seta’ ngħata aktar avviż adegwat kemm lill-vjaġġaturi kif ukoll lill-operaturi tal-lukandi sabiex tiġi implimentata din il-miżura f’sitwazzjoni li diġà hija kumplessa ħafna.
L-MHRA temmew lis-stqarrija tagħhom billi qalu li se jibqgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet konċernati filwaqt li sostnew li għandhom jinstabu soluzzjonijiet raġonevoli sabiex l-ekonomija tagħna tkun tista’ tibqa’ miftuħa u s-saħħa pubblika tibqa’ sigura kemm jista’ jkun. Il-fattur importanti jibqa’ li l-partijiet ikkonċernati kollha jeħtieġ li jibqgħu jiġbdu l-istess direzzjoni u jżommu f’moħħhom li fl-aħħar mill-aħħar, qegħdin flimkien.
Ritratt: MHRA