Il-PN Jgħid Li L-Gvern Impona Miżuri Estremi Ta’ Malajr

 Il-PN Jgħid Li L-Gvern Impona Miżuri Estremi Ta’ Malajr

Fi Stqarrija li ħareġ il-COVID Action Team Tal-Partit Nazzjonalist qallu li l-fatt li Pajjiżna qiegħed jerġa jara żieda fin-numri tal-każijiet pożittivi tal-COVID-19 impurtati, hu riżultat tal-fatt li meta l-Gvern fetaħ it-turiżmu tal-massa naqas milli jassigura sistema loġistika b’saħħitha fil-portijiet minkejja li seta’ jantiċipa dan. Dan kien evidenti mill-kaos li rajna fil-portijiet, partikularment fl-ajruport, minkejja t-talbiet għal pjan ta’ loġistika b’saħħtu mit-tmexxija tal-istess ajruport, fil-ġimgħat li għaddew.

Il-Partit Nazzjonalista qal li t-tlett proposti li resqu lbieraħ ġew injorati għal kollox mill-Gvern. Huma saħqu li l-Gvern impona ta’ malajr miżuri estremi li jiddiskriminaw bil-kbir kontra dawk il-persuni li ma jistgħux jieħdu l-vaċċin bħal tfal, nisa tqal, każijiet ta’ persuni vulnerabbli, persuni li ilhom ma jaraw il-familji tagħhom jew Maltin li jgħixu f’pajjiżi fejn ir-rata tal-vaċċinazzjoni għadha lura.

Il-COVID Action Team qal li il-Gvern reġa’ falla għaliex għażel strateġija tat-turiżmu ħażina fejn ipprijoritizza fuq turiżmu tal-massa li ma jrendiex, filwaqt li l-laxka għal kollox minn kontrolli stretti li jirrispettaw is-saħħa pubblika fil-portijiet. Dan jista’ jwassal sabiex negozji, is-settur turistiku u dak tal-ospitalità, l-artisti, u kull min għamel sagrifiċċji kbar tul din l-aħħar sena ikollhom ikomplu jistennew sakemm is-sitwazzjoni terġa tiġi lura għan-normal, bil-possibilità’ li l-ħsara ssir waħda irreparabbli, fosthom l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż. Kien ikun aħjar jekk minflok il-Gvern ħa miżuri estremi fi stat ta’ paniku, l-iskejjel tħallew ikomplu jilqgħu lil min hu vvaċinat, primarjament adulti li huma turisti iktar ta’ kwalità milli tal-massa, filwaqt li joħloq strateġija urġenti ta’ għajnuna għalihom sabiex jappoġġjahom u jsostniehom.

Ritratt: Jonathan Borg/Xinhua

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com