‘Simon Schembri Blue Light Foundation’ Bi Proġett Għal Żgħażagħ bi Problemi Ta’ Mġieba
Fil-ġimgħat li ġejjin Simon Schembri Blue Light Foundation se tkun qed tħabbar proġett immirat għal żagħżagħ bi problemi ta’ imġieba u problemi soċjali, bil-għan li ma jaqbdux it-triq tal-kriminalita.
Il-Fondazzjoni ilha tlett snin taħdem fuq dan il-proġett, bil-għan li dawn iz-żagħżagħ ikabbru r-rispett tagħhom lejn il-forzi tal-ordni.
Is-sena li għaddiet il-Fondazzjoni ltaqgħet mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u l-Minsteru tal-Edukazzjoni li laqgħu b’mod pożittiv dan il-proġett.
Kien f’Mejju 2018 meta Simon Schembri ittajjar u spiċċa mixħut taħt bankina fid-daħla taż-żona industrijali ta’ Ħal-Luqa. Huwa ġarrab ġrieħi serji f’diversi partijiet ta’ ġismu u tilef parti minn idu.
Wara dan l-inċident Simon Schembri waqqaf din il-fondazzjoni bil-għan li joffri sapport lil ħaddiema tal-forzi tal-ordni.