500 Miljun Doża Se Jkunu Qed Jitqassmu Lis-27 Stat Membru Tal-UE

 500 Miljun Doża Se Jkunu Qed Jitqassmu Lis-27 Stat Membru Tal-UE

L-Unjoni Ewropea rċeviet biżżejjed dożi ta’ vaċċin biex tlaqqam kompletament 70% tal-popolazzjoni adulta tagħha, Ursula von der Leyen ħabbret dan illum.

Fi stqarrija ntqal li madwar 500 miljun doża se jkunu qed jitqassmu lis-27 stat membru matul dawn il-ġranet li ġejjien. Il-mira hi li l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kollha jlaqqmu bis-sħiħ mill-inqas 70% tal-adulti tagħhom sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Ursula von der Leyen qalet li “L-isforz konġunt tagħna huwa suċċess. Se noħorġu minn din il-kriżi flimkien”

Madankollu, hija wissiet li “l-COVID-19 għadha mhix megħluba” u li l-UE tinsab lesta li twassal aktar vaċċini, inkluż “kontra varjanti ġodda.”

“Issa, l-istati membri jridu jagħmlu kollox, biex iżidu r-rata tat-tilqim. Huwa biss f’dak il-punt li nkunu siguri,” qalet Ursula von der Leyen.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com