Francis Zammit Dimech Mhux Se Jerġa’ Jikkontesta Għal Segretarju Ġenerali
Fid-diskors tiegħu Francis Zammit Dimech ilbieraħ waqt il-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ħabar li din kienet l-aħħar darba li kien ħa jkun qed jindirizza lil Kunsill bħala Segretarju Ġenerali.
Zammit Dimech ikkonferma li mhux ħa jkun qed jerġa’ jikkontesta din il-kariga sabiex fi kliemu jagħmel spazju għal demm ġdid f’wieħed mill-għola karigi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Sorsi qalu li dan jidher li sar bi qbil mat-tmexxija tal-Partit sabiex ikun hemm bidla f’karigi importanti tal-Partit li mhux possibbilment ikollhom esperjenza fil-politika kif tradizzjonalment karigi bħal dawn kienu jkunu okkupati. Għalhekk il-Partit jidher li qed jitfa’ ħarstu lejn nies fil-Partit b’età iktar Żagħżugħa u wċuħ ġodda.