Il-Prim Ministru Ingliż U L-FA Jikkundannaw Kummenti Razzisti

 Il-Prim Ministru Ingliż U L-FA Jikkundannaw Kummenti Razzisti

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża kkundannaw abbuż razzist immirat lejn Jadon Sancho tal-Ingilterra, Marcus Rashford u Bukayo Saka wara t-telfa tal-bieraħ fil-finali tal-Euro 2020.

It-tliet plejers kollha tilfu l-penalty tagħhom u kienu fil-mira ta’ insulti u kliem razzist fuq il-midja soċjali wara l-logħba.

L-FA Ingliża qalet li “Ma nistgħux nkunu ċar iktar minn hekk, min qed jġib ruħu b’dan il-mod mhux denju u ma jixraqx li tkun partitarju ta’ dan it-tim.”

Il-Pulizija Ingliża qed tinvestiga dawn l-abbużi u qalet “mhux se jkunu tollerati”.

Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li “Dan it-tim Ingliż jistħoqqlu li jiġi mfaħħar bħala eroj, mhux abbużat b’mod razzjali fuq il-midja soċjali.” Kompla jgħid li “Dawk responsabbli għal dan l-abbuż kbir għandhom jistħu minnhom infushom.”

Qabel bdiet il-logħba l-plejers kollha niżlu fuq għarkupptejhom biex jkomplu joħolqu kuxjenza fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi razzjali.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com