L-Aħwa Degiorgio Maqfula Fiċ-Ċella Għal 26 Siegħa – Jilmentaw Li Dan Huwa Trattament Inuman

 L-Aħwa Degiorgio Maqfula Fiċ-Ċella Għal 26 Siegħa – Jilmentaw Li Dan Huwa Trattament Inuman

l-avukat ta’ George u Alfred Degiorgio, iż-żewġ allegati qattiela tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qal li l-aħwa qegħdin isostnu li qed ikunu maqfula fiċ-ċella tagħhom għal 26 siegħa sħaħ bi brejk żgħir biex joħorġu barra bħala forma ta’ “kastig” wara inċident li kellhom fil-ħabs. Din il-kastig ilu għaddej min wara t-3 ta’ Lulju.

F’ittra ġudizzjarja ppreżentata fil-Prim Awla tal-Qorti Civili kontra Alex Dalli, l-avukat William Cuschieri qali li l-aħwa qegħdin isostnu li din il- “piena” hija inumana u degradanti.

L-aħwa Degiorgio jidher li kienu nvoluti f’battibekk ma’ priġunier ieħor li dan issa spiċċa trasferit għad-Diviżjoni 5. L-aħwa qed isostnu li ma kellhomx tort, kif juru l-filmati maqbuda fuq CCTV u kkonfermati mill-uffiċjali tal-ħabs.

Huma żiedu li din kienet biss waħda minn serje ta’ atti ostili kontrihom minn mindu talbu l-maħfra presidenzjali biex jikxfu informazzjoni li għandhom dwar l-eks ministru Chris Cardona u l-Ministru preżenti Carmelo Abela. “Id-direttur ma kellu l-ebda dritt li jittratta l-priġunieri taħt il-kustodja tiegħu b’dan il-mod f’soċjetà demokratika”, huma saħqu, u appellaw lill-awtoritajiet tal-ħabs biex “immedjatament” iwaqqfu trattament bħal dan, filwaqt li rriżervaw d-dritt li jfittxu aktar azzjoni b’mod legali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com