Parti Minn Lukanda Fiċ-Ċina Tiġġarraf – S’Issa 8 Konfermati Mejta
Parti minn lukanda fil-belt Ċiniża ta’ Suzhou iġġarrfet u qatlet 8 persuni.
Ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu għaddejjin bit-tfittix għal 9 persuni oħra li huma rappurtati neqsin fil-fdalijiet. Din il-parti tal-binja li waqgħet kienet twila tliet sulari.
Il-kollass ta’ parti mil-Lukanda Siji Kaiyuan seħħ ilbieraħ wara nofsinhar fejn qed jiġi investigat mill-awtoritajiet x’wasal biex dan iseħħ.
Is-Siji Kaiyuan hija lukanda ta’ 54 kamra li fetħet fl-2018.
Ritratt: Reuters