It-Tim Taljan F’Ruma Bit-Tazza Tal-Euro 2020
Ir-Rebbieħa tal-EURO 2020, ilbieraħ waslu lura Ruma sabiex jiċċelebraw dan il-mument mal-partitarji Taljani madwar it-toroq fiċ-ċentru ta’ Ruma.
Wara nofsinhar it-tim kien mistieden fil-Palazz Quirinale fejn it-tim kellu lagħqa mal-President Taljan Sergio Mattarella. Qabel daħlu fil-Palazz il-kaptan tat-tim Giorgio Chiellini għola t-tazza lil dawk preżenti u qal li “dan l-unur niddedikawh lil Davide Astori”. Davide kien plejers tat-tim Taljan li miet fl-4 ta’ Marzu 2018, fl-eta ta’ 31 sena b’attakk tal-qalb waqt li kien rieqed fil-lukanda flimkien ma’ sħabu tat-tim ta’ Fiorentina.
Wara l-lagħqa mal-President it-tim kellu lagħqa oħra din id-darba mal-Prim Ministru Taljan Mario Draghi. B’sorpriża t-tim bidel ix-xarabank li kien fuqha u telaw fuq ‘open bus’ biex isellmu lin-nies matul Via del Corso sakemm waslu Piazza Venezia.
Matul din it-triq kien hemm eluf ta’ partitarji li ħarġu fit-toroq biex jaraw lill-plejers eroj tagħhom.
Dan seta’ jseħħ wara diversi sigħat ta’ laqgħat mal-awtoritajiet tas-saħħa biex it-tim ikun jista’ jiċċelebra dan it-titlu mal-partitarji Taljani, xi ħaġa li qajmet tħassib minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u n-numru kbir ta’ nies li kienu se jinġabru biex jiċċelebraw, ħafna minnhom mingħajr maskri.
L-Italja, bit-tmexxija ta’ Roberto Mancini, il-Ħadd rebħet it-tieni Kampjonat Ewropew fl-istorja tagħha, wara dak tal-1968. Dan it-trofew se jkun qed jingħaqad mal-erba’ Tazza tad-Dinja li rebħu fl-1934, fl-1938, fl-1982 u fl-2006.