Manuel Mallia Approvat Kummissarju Għoli Ta’ Malta Għar-Renju Unit

 Manuel Mallia Approvat Kummissarju Għoli Ta’ Malta Għar-Renju Unit

Manuel Mallia ġie approvat biex jinħatar Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit.

Dan wara vot li ttieħed fil-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi fejn ġie approvat bil-maġġoranza tal-voti, għalkemm membri tal-Oppożizzjoni vvutaw kontra. Dan il-kumitat hu ppresedut mid-Deputat Laburista, Anthony Agius Decelis u hu kompost mid-Deputati Laburisti, Clayton Bartolo, Deo Debattista u Joe Mizzi, u d-Deputati Nazzjonalisti, Carmelo Mifsud Bonnici, Karol Aquilina u Claudette Buttigieg.

Huwa se jkun qed jieħu post il-Kummissarju Għoli Joseph Cole.

Carmelo Mifsud Bonnici spjega d-deċiżjoni tiegħu li jivvotta kontra n-nominazzjoni u qal li l-vot ma kienx b’nuqqas ta’ rispett lejn l-Avukat Mallia iżda li kien motivat, kontra l-mod ta’ kif il-Gvern kien qed jagħmel co-options fil-Parlament u ma jagħżilx membri tal-korp diplomatiku għal dawn il-ħatriet.

Manuel Mallia serva bħala avukat kriminali għal 47 sena u daħal fil-politika fl-elfejn u 2012 meta ngħaqad formalment mal-Partit Laburista u sussegwentement ġie elett fl-elezzjoni fl-2013.

Mallia ħabbar li se jirriżenja minn Membru Parlamentari biex jieħu l-irwol il-ġdid tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com