Irlandiż ta’ 45 Sena B’Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Vettura
Ilbieraħ, Irlandiż, ta’ 45 sena, għal xi l-5:30pm, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Renault Zeo misjuqa minn mara Ingliża ta’ 38 sena li tgħix l-Gżira.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.