Ħa Jaqsmu Bl-Għawm U L-Ġiri Bejn Il-Mosta U Ta’ Pinu
Grupp ta’ ħames Mostin is-sena l-oħra ngħaqdu flimkien sabiex jagħmlu sfida avventuraża, dik li jaqsmu minn Ħondoq ir-Rummien saċ-Ċirkewwa bl-għawm u jiġru sal-Mosta.
Din is-sena fuq il-mezzi soċjali Brian Galea kkonferma li wara s-suċċess tas-sena l-oħra qegħdin jippreparaw biex din lis-sfida terġa’ ssir però b’mod differenti. Din id-darba ħa jkunu qegħdin jiġru mill-Bażilika tal-Mosta saċ-Ċirkewwa, jgħumu sa’ Għawdex u jkomplu jiġru sal-Bażilika ta’ Pinu.
F’Kummenti li ħadna lis-Sindku tal-Mosta Romilda Zarb qaltilna li hija ferm kburija b’dan il-grupp Mosti għall-kuraġġ u d-determinazzjoni li għandhom filwaqt li tixtieqilhom kull suċċess f’din l-avventura li jmiss.
Din l-avventura ħa tkun qed issir is-Sibt 31 ta’ Lulju.
Bla dubju nawguraw lil dan il-grupp.