Żewġ T’Tfal Żgħar U Omm Jiffaċċjaw Realtà’ Iebsa

 Żewġ T’Tfal Żgħar U Omm Jiffaċċjaw Realtà’ Iebsa

Fl-Ingilterra żewġt itfal jistgħu jispiċċaw orfni hekk kif l-omm qed tiġġieled battalja kontra l-kanċer wara li 4 snin ilu tilfet lil John ir-raġel tagħha traġikament bi ‘blood clot’ viċin qalbu.

Il-mewt tal-missier ħalla lil Helen Davey, ta’ 44 sena minn Rotherham, b’żewġ t’itfal bniet ta’ 8 u 5 snin fejn issa qed tiffaċċja problemi b’saħħitha.

Fil-bidu t-tobba ħasbu li għanda appendiċite però wara testijiet li saru sabu li Helen għanda kanċer li laħaq infirex b’mod aggravat u qalulha li ma’ tantx għanda żmien twil.

Wara din l-aħbar ħażina ħafna Helen Davy, ġiet sfurzata tipprepara lit-tfal ċkejknin tagħha għall-ħajja mingħajrha u minngħajr missierhom.

L-omm armla issa qed tipprova tagħmel memorji sbieħ kemm jista’ jkun mat-tfal tagħha Annalise u Kairen. Hija qalet li “L-ewwel ħsibijiet tiegħi ma kinux għalija imma għat-tfal tiegħi u x’kien se jiġri lilhom.”

Helen qalet li wliedha wara mewta se jmorru jgħixu ma’ oħtha li hija tewmija. “Il-flus kollha se ngħaddihom lit-tfal għall-futur tagħhom. Ma rridx neħodhom f’xi vaganza lusuża barra mill-pajjiż, irid ingawdijhom kif nista fid-dar u dan ma jiswiex flus.”

Hija qalet li “kull nhar ta’ Sibt qed ibiddlu l-kċina f’diskoteka għat-tfal. Qed nagħmel ukoll xi kaxxi b’memorji għalihom.”

Helen qalet li għall-ewwel kienet rrabjata għaliex ġralha hekk u forsi kieku kienet tkun taf qabel kienet isalva. Bħal issa għaddejja bil-kimoterapija u qed tipprova tkun pożittiva kemm tista’.

Paul Keeton ħabib tal-familja qed jagħmel ‘crowd funding’ biex jiġbor flus sabiex jkunu jistgħu jorganizzaw vaganza tal-ħolm għal Helen u ż-żewġ tfal tagħha flimkien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com