“Jiġi Jgħajjarna Fossili Intelfu Lill-PN” – Fr. David Muscat
Fr. David Muscat din id-darba kkummenta fuq il-mezzi soċjali dwar l-ingaġġ ta’ Chris Peregin fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Il-Qassis kontoversjali qal li Peregin permezz tas-sit ‘Lovin Malta’ għen lil Partit Laburista u lil Joseph Muscat jirbaħ l-elezzjoni ta’ 8 snin ilu.
Huwa qal li l-ewwel irid jagħmel apoloġija lin-Nazzjonalisti għaliex fi kliemu qal li “ħeġġeġ lin-nies jivvutaw Joseph Muscat”. Kompla jgħid li “minflok jirringrazzja nies bħali li qatt m’afdajnieħ, jiġi jgħajjarna fossili intelfu lill-PN”.
F’kumment ieħor huwa qali li “nissuspetta illi lil Peregrin wegħduh xi ħaġa ħoxna jekk jitlaq lil ‘Lovin Malta’ u jmur strateġista. Ħadd ma jagħmel xejn għalxejn. Dwar x’karrotta dendlulu quddiemu nitkellem f’diskors dalwaqt.”
Fr. David Muscat mhux l-ewwel darba li fuq il-mezzi soċjali jkun kontroversjali bl-aħħar waħda tkun dwar il-‘greylisting’.