Jekk Ħa Tivjaġġa Lejn Sqallija Għandek Bżonn Test Tal-Covid-19
Il-President tar-Reġjun ta’ Sqallija Nello Musumeci ħabbar li dawk il-persuni li se jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn Sqallija minn Malta jridu jagħmlu test tal-Covid-19.
Dawk kollha li se jkunu qed jivvjaġġaw minn Malta għal Sqallija u jkunu ilhom aktar minn 14-il ġurnata f’Malta jridu jagħmlu test tal-Covid-19. Dan jgħodd ukoll għal dawk il-persuni li ħadu t-tilqima.
Apparti Malta, persuni li se jmorru Sqallija mill-pajjiżi ta’ Spanja, l-Portugall, Indja, Brażil, Bangladesh u Sri Lanka jridu jagħmlu t-test ukoll.
Il-President Nello Musumeci qal li din il-miżura se tibqa’ fis-seħħ sal-1 ta’ Settembru.