“L-FATF U L-Moneyval Mhux Jitolbu Li Entitajiet Regolatorji Jkollhom Is-Saħħa Li Jimponu Sanzjonijiet Kriminali” – Il-PN

 “L-FATF U L-Moneyval Mhux Jitolbu Li Entitajiet Regolatorji Jkollhom Is-Saħħa Li Jimponu Sanzjonijiet Kriminali” – Il-PN

Wara l-vot fil-Parlament ilbieraħ dwar emendi fil-Kostituzzjoni l-Partit Nazzjonalista jistqarr illi l-fatt li l-emenda proposta mill-Gvern għall-Artiklu 39 tal-Kostituzzjoni m’għaddietx mill-Parlament, dan bla ebda mod ma jdgħajjef l-operat ta’ entitajiet regolatorji. Wara li l-Qorti Kostituzzjonali sabet illi l-Att dwar il-Kompetizzjoni jikser l-Artiklu 39 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-liġi nbidlet sabiex tkun il-Qorti, u mhux l-entitá regolatorja, li timponi l-penali.

Il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja, għar-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali u x-Xandir Nazzjonali Joseph Ellis qal li m’huwiex ċar għala Robert Abela ma jridx jimxi fuq dawn il-passi kif ssuġġeriet il-Kummissjoni Venezja fil-parir li tat fuq talba ta’ l-istess gvern. Huwa qal li l-Kummissjoni Venezja fil-fatt ikkonfermat ukoll illi la l-FATF u l-anqas il-Moneyval m’huma jitolbu li entitajiet regolatorji jkollhom is-saħħa li jimponu sanzjonijiet kriminali.

Il-PN saħaq ili wara li l-Gvern irrifjuta illi jippubblika l-korrispondenza illi għaddiet mal-FATF u injora l-appell tal-Oppożizzjoni li ssir task force nazzjonali sabiex Malta toħroġ mill-grey list, il-Gvern issa qed jgħid li l-emenda kostituzzjonali li ppropona ntalbet mill-FATF.

F’tmiem lis-stqarrija l-PN qal li minkejja li l-Gvern naqas li jiddjaloga mal-Oppożizzjoni kif talbet il-Kummissjoni Venezja, l-Oppożizzjoni hi dejjem lesta li tiddiskuti l-aħjar mod kif prattiċi abbusivi jiġu kkontrollati fir-rispett sħiħ tal-Kostituzzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com