It-Torri Eiffel Jerġa’ Jiftaħ Għall-Pubbliku

It-Torri Eiffel reġa’ fetaħ għal pubbliku wara li għamel l-itwal perjodu ta’ żmien magħluq mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.
L-istruttura monumentali f’Pariġi ilha magħluqa għal dawn l-aħħar disa’ xhur minnħabba ir-restrizzjonijiet matul il-pandemija tal-COVID-19. It-Torri Eiffel ħa jkun qed jerġa’ jibda jaċċetta lill-viżitaturi mill-lum.
Mhux se jkun kompletament lura għan-normal s’issa peress li se jkunu jistgħu jidħlu 13,000 persuna kuljum, jiġifieri madwar nofs il-kapaċità fi żmien normali. Dan biex jgħin biex tinżamm id-distanza soċjali.
Il-viżitaturi se jkunu meħtieġa juru jew ċertifikat tal-vaċċin kontra l-COVID-19 jew test negattiv.
Ritratt: france24.com