Jitħassar Il-Festival ‘Lost & Found’ Li Kellu Jsir F’Settembru
Il-festival mużikali popolari ‘Lost & Found’ li kellu jsir bejn l-1 u l-4 ta’ Settembru li ġej ġie mħassar.
Dan tħabbar uffiċjalment fuq il-mezzi soċjali tagħhom fejn qalu li minħabba inċertezza li hawn fl-ivjaġġar kif ukoll ir-restrizzjonijiet f’Malta dwar l-attivitajiet tal-massa ħa jkunu qed jipposponi l-attività għas-sena d-dieħla. Id-dati l-ġodda huma 1 – 4 ta’ Ġunju 2022.
Huma qalu li dawk li għandhom il-biljetti ħa jkunu trasferiti għas-sena dieħla.
L-organizzaturi qali li din kienet l-aħjar deċiżjoni wara li kienu qed isegwu dak li kien qed jiġri kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra peress li ammont sostanzjali ta’ nies jiġu għal din l-attività mir-Renju Unit.
Aktar kmieni din is-sena kienet inqalet kontroversja rigward din l-attività peress li kienet qed tkun reklamata fi żmien meta s-sitwazzjoni f’Malta kienet qeda tirkupra b’ħafna mir-restrizzjonijiet kienu għadhom fis-seħħ.
Ritratt: Facebook / Lost & Found