Iweġġa’ Gravi Fi Triq Il-Belt Valletta F’Ħal Qormi
Ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, il-pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku ġewwa triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn mill-investigazzjonijiet preliminari irriżulta li fl-istess inċident kienu involuti żewġ vetturi, mutur tal-għamla Kawasaki J125 misjuq minn raġel ta’ 51 residenti San Pawl il-Baħar u karozza Nissan March misjuqa minn mara ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza fuq il-post minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.