L-UE Taqbeż Lill-Amerika Fil-Proċess Tat-Tilqim
Wara sforzi mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġu mlaqqma kemm jista’ jkun nies possibbli biex tintlaħaq il-herd immunity madwar l-Ewropa kollha sa l-aħħar ta’ Lulju jidher li qed iħalli effett.
Ċifri li ħarġu jidher li t-tilqim qabad ritmu tajjeb sew. L-Unjoni Ewropea issa laqqmet aktar nies kontra l-COVID-19 bl-ewwel doża mill-Istati Uniti, dan jidher f’statistiċi maħruġa nhar is-Sibt li għadda.
55.7% taċ-ċittadini tal-UE rċevew l-ewwel doża sas-Sibt, meta mqabbel ma’ 55.5% tal-Amerikani, skont ‘Our World in Data’
Dan wara li kien hemm kritika qawwija għal mod kalm li kienu qed jagħtu t-tilqima ċertu pajjiżi Ewropej.
Ritratt: Euro News