Rekwiżiti Ġodda Fuq Il-Postijiet Tax-Xogħol ?
Wara d-deċiżjoni kontroversjali li ħa l-APS Bank dwar il-ħaddiema li ma ħadux il-vaċċin, fejn qed jimponi fuqhom li jridu jagħmlu swab test kull ġimgħa jidher li bosta aktar kumpaniji qed jikkunsidraw din it-triq.
Joseph Farrugia d-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers Association (MEA) meta mistoqsi mit-Times qal li matul dawn il-jiem bosta kumpanija kkuntattjaw lil MEA sabiex jieħdu pariri dwar din id-deċiżjoni fuq il-ħaddiema tagħhom.
Farrugia qal li din tista’ ssir u huwa fid-dmir tal-kumpanija li tara li l-ħaddiema tagħha qed jaħdmu f’ambjent sigur. Qal li dan mhux xi kastig fuq il-ħaddiema imma mod kif jista’ jonqos ir-riskju li xi ħadd jkollu l-virus u jxerrdu.
Taħsbu li dawn ħa jkunu r-rekwiżiti l-ġodda fuq il-postijiet tax-xogħol ?
Ritratt: time.com