Rosianne Cutajar Tfakkar Lil Robert Aquilina Li “L-Unika Persuna Mixli B’Reat kriminali Huwa Ħuħ”
“U ġaladarba għoġobhom jwaħħlu ritratt tiegħi mal-grada u fost l-oħrajn jsejħuli kriminal, nixtieq infakkar lil Robert Aquilina li l-unika persuna li tinsab il-Qorti mixlija fuq reat kriminali huwa ħuħ, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.”
Hekk kitbet l-Onorevoli Rosianne Cutajar fuq il-facebook tagħha b’referenza għall-konferenza li saret ilbieraħ mill-Għaqda Repubblika fejn tenniet li din hija serje ta’ aktar double standars min-naħa tagħhom.
Qalet li “l-istess nies li jridu li l-istituzzjonijiet jkunu indipendenti (hekk għandu jkun) huma l-istess nies li jippretendu li jindaħlu u jiddettaw x’għandhom jagħmlu l-istituzzjonijiet, inkluż il-Korp tal-Pulizija.”