Possibbiltà Ta’ Pestiċida F’Dan Il-Prodott

 Possibbiltà Ta’ Pestiċida F’Dan Il-Prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà li l-ġulġlien li ntuża fil-prodott huwa kkontaminat bil-pestiċida (Ethlyene oxide).

F’dawn l-aħħar xhur instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġulġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.

Deskrizzjoni tal-Prodott: Bio Cracker Sesame and Rosemary
Dittà: Crich
Piż: 250g
Dati tad-Durabbilità: 30/11/2021
Lott: 5920 u 6130

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com