Mauro Zammit Ta’ 22 Sena Jingħaqad Mal-Ordni Tal-Patrijiet Minuri Konventwali
Iż-żagħżugħ Mauro Zammit ta’ 22 sena minn Birkirkara, ilbieraħ 26 ta’ Lulju 2021 wiegħed quddiem Alla li se jikkonsagra lilu nnifsu għall-ħajja fl-ordni tal-Patrijiet Minuri Konventwali.
“Il-ħajja reliġjuża għalija tfisser li jien irrid insir ħaġa waħda ma’ Ġesù”, tenna Mauro.
Ilbieraħ saret dik li tissejjaħ il-professjoni sempliċi fil-Knisja Parrokkjali tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija f’Burmarrad.
Awguri mill-qalb Mauro.
Ritratt: Facebook/ Sejħa Franġiskana