“Il-Gvern Mhux Se Jilgħab Logħob Politiku Dwar Pazjenti Tal-Kanċer Bi Stqarrijiet Irresponsabbli Bħal Tal-Kap Tal-Opożizzjoni”

 “Il-Gvern Mhux Se Jilgħab Logħob Politiku Dwar Pazjenti Tal-Kanċer Bi Stqarrijiet Irresponsabbli Bħal Tal-Kap Tal-Opożizzjoni”

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-ekonomija u l-industrija intqal li b’referenza għall-istqarrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-pazjenti tal-kanċer, il-Ministeru jikkjarifika li l-gvern ma daħal bl-ebda mod fit-tfassil jew fit-tħaddim ta’ ftehimiet privati bejn il-Malta Community Chest Fund Foundation u kumpaniji privati.

Intqal li filwaqt li messha taf li l-Community Chest Fund hija entità mhux governattiva li topera b’awtonomija assoluta, l-Oppożizzjoni għandha tiddikjara jekk hijiex bi ħsiebha tibda tindaħal fit-tmexxija ta’ din l-entità jekk tkun fil-poter.

“Il-gvern mhux se jilgħab dan il-logħob politiku dwar il-pazjenti tal-kanċer bi stqarrijiet irresponsabbli bħal tal-Kap tal-Oppożizzjoni u se jibqa’ kommess li jwettaq politika ffukata fil-qasam tas-saħħa li tilħaq il-bżonnijiet ta’ kull min għandu bżonn”, qalet l-istqarrija fejn temmet tgħid li l-Gvern jibqa’ ffukat li b’ħidmietu joħloq il-ġid u jgħin lin-nies, b’differenza mill-Opożizzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com