Guvnott ta’ 16-il Sena Rnexxielu Jiġbor €10,000 B’Risq Puttinu Cares

Tommy Wallbank ġuvnott ta’ 16-il sena rnexxielu jiġbor €10,000 b’risq Puttinu Cares.
Dawn il-flus inġabru permezz ta’ maratona ta’ ġiri li għamel Tommy wara li f’Jannar li għadda tilef lill-ħabiba tiegħu Rebecca Zammit Lupi, kawża tal-kanċer.
Tommy Wallbank irnexxilu jiġri 1000km mifruxa fuq għadd ta’ ġranet.
Bla dubju ġest mill-aqwa li jkompli jgħin lil Puttinu Cares bil-ħidma tagħhom ma’ pazjenti tfal bil-kanċer.