Ippubblikata l-Inkjesta Pubblika: “L-Istat Għandu Jerfa’ Responsabiltà”
Ftit tal-ħin ilu, għadha kemm ġiet ippubblika l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia; f’437 paġna.
Ġie konluż li l-istat għandu jerfa’ responsabilità. Madanakollu, l-Imħallfin, Dr Michael Mallia, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u Dr Abigail Lofaro tennew li ma rriżultat l-ebda prova li l-istat bħala tali kellu rwol fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
L-inkjesta tisħaq ukoll li kien hemm element kontributorju fil-ħolqien t’ambjent li ffavorixxa l-omiċidju minn entitajiet tal-istat anke jekk l-istess inkjesta ma tistax tgħid li kien l-istat li ppjana jew iffavorixxa li jsir l-assassinju.
Kien hawnhekk ukoll li l-istess imħallfin issuġerixxew b’rakomandazzjoni li jsiru riformi fil-Kostituzzjoni anke fil-qasam tal-ġurnaliżmu.
L-inkjesta qalet ukoll li għandhom jittieħdu passi biex wieħed jerġa’ lura u jirregola r-rabtiet bejn il-politiċi u n-negozji l-kbar.
“Approċċ li jiffavorixxi n-negozju”, bħal dak adottat mill-Gvern Laburista fl-2013, jista’ jkun pożittiv, sakemm ma jiġix abbużat, qal il-Bord.
Hija enfasizzat kif l-amministrazzjoni pubblika hija obbligata li tissalvagwardja s-saltna tad-dritt u qatt m’għandha tippermetti li l-flus u l-profitti min-negozjanti jew mill-uffiċjali pubbliċi jieħdu post il-governanza tajba.
L-inkjesta sabet “provi abbundanti” ta’ relazzjoni kunfidenti bejn ċerti uffiċjali tal-gvern u negozji kbar, b’mod partikolari dawk interessati fil-promozzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-rapport tal-inkjesta jistħoqqlu li jkollu analiżi matura li ‘bogħod mill-partiġjaniżmu politiku. Kiteb li minn dan, għandhom joħorġu lezzjonijiet u r-riformi jridu jkomplu jsiru b’ determinazzjoni akbar.
I have just published the full report of the Public Inquiry Daphne Caruana Galizia. The report merits mature analysis beyond partisan arguments. Lessons must be drawn and the reforms must continue with greater resolve. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) July 29, 2021
Aqra r-rapport kollu hawn: file:///C:/Users/User/Downloads/pr211432b-Rapport-Inkjesta-Pubblika-DCG.pdf