Raġel Ħa Jitressaq Il-Qorti Wara L-Argument Fil-Port Tal-Imġarr
Fil-ħin li ġej il-Pulizija ħa tkun qed tressaq il-Qorti raġel akkużat li nhar it-18 ta’ Lulju, 2021 fil-viċinanzi tal-Port tal-Imġarr, Għawdex, ikkaġuna feriti ħfief fuq raġel ieħor, fost oħrajn.
Dan huwa l-każ fejn raġel allegatament waddab fil-baħar immigrant Somalu wara argument li kien inqala’ ftit tal-mumenti qabel. Bosta nies kienu fuq il-post dak in-nhar isegwu dak kollu li kien qed jiġri fejn ħadd ma waqqaf dak li kien qed jiġri anzi fl-isfond tal-filmat instema’ daħk, tisfir u għajjat waqt li l-immigrant kien qed jipprova jitla’ lura.
Ir-Raġel ħa jitressaq fil-5pm, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech LL.D.