“Jien Ħallast Il-Prezz Politiku Aħħari Għal Dan” – Joseph Muscat

 “Jien Ħallast Il-Prezz Politiku Aħħari Għal Dan” – Joseph Muscat

F’reazzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika Joseph Muscat fil-paġna tiegħu fuq il-mezzi soċjali beda billi qal li “ma jista qatt ikun hemm ġustifikazzjoni għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.”

Joseph Muscat saħaq li “għandu jiġi nnutat li l-Inkjesta sabet li l-Istat ma kellu l-ebda għarfien minn qabel ta’, jew li kien involut fl-assassinju. Ir-rapport jiddikjara wkoll b’mod inekwivoku li jien bl-ebda mod ma kont implikat fil-qtil. Fil-waqt li l-Inkjesta esprimiet id-diżapprovazzjoni tagħha dwar il-ġudizzju politiku tiegħi wara l-Panama Papers, ma rrimarkatx li fix-xhur ta’ wara ħadt id-deċiżjoni li nitlob mandat elettorali ieħor, fejn l-elettorat iġġudikani anki fuq kif imxejt f’din is-sitwazzjoni.”

Huwa kompla “filwaqt li l-Inkjesta tgħid li nħoloq stat ta’ impunità, tonqos milli tirrikonoxxi b’mod adegwat illi l-allegati eżekuturi inqabdu f’inqas minn xahrejn u l-allegat moħħ ftit xhur wara, wara investigazzjonijiet li kienu jinvolvu fost l-oħrajn lill-Europol u lill-FBI. Dan il-fatt iġib fix-xejn kull impressjoni li seta kellhom dawn in-nies li kienu jgawdu minn xi impunita.”

Muscat ikkonkluda l-messaġġ tiegħu “li minkejja r-riżervi serji ħafna minn naħa tiegħi u n-nuqqasijiet tal-Inkjesta, naċċetta l-imsemmija konklużjonijiet kif dejjem għamilt fl-imgħoddi f’rispett lejn l-Istituzzjonijiet. Nispera li oħrajn jaċċettaw ir-riżultat ta’ Inkjesti oħra minn membri tal-istess ġudikatura, bħal fil-każ ta’ Egrant, aktar milli kontinwament jitfgħu dubji infondati dwarhom.”

Hu qali li meta r-reżenja minn Prim Ministru kien qed jerfa’ responsabbiltajiet li kienu tiegħu u anke dawk li ma kienux. “Jien ħallast il-prezz politiku aħħari għal dan.” Temm jgħid Joseph Muscat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com