Aġġornat: Guvni Mix-Xewkija Jinżamm Arrestat Wara Li Weġġa’ U Waddab Raġel Il-Baħar

 Aġġornat: Guvni Mix-Xewkija Jinżamm Arrestat Wara Li Weġġa’ U Waddab Raġel Il-Baħar

Kif ħabbarna aktar kmieni llum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D, raġel ta’ 21 sena mix-Xewkija.

Hu ġie akkużat li nhar it-18 ta’ Lulju 2021, għall-ħabta tas-1am waqt li kien fi Triq Martino Garces, Għajnsielem, viċin il-Port tal-Imġarr, weġġa’ Somalu ta’ 27 sena billi waddbu l-baħar.

Huwa kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħfief, wettaq ħsara volontarja u li kiser il-paċi pubblika.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu u nżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com