Tiswijiet T’ Emerġenza F’ Parti Minn Triq l-Imrieħel Wara L-Akwadott
Minħabba xogħlijiet t’emerġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli, parti minn Triq l-Imrieħel li tagħti lejn il-ground tal-Infetti se tkun magħluqa għat-traffiku minn dalgħodu l-Ġimgħa 30 ta’ Lulju s’għada s-Sibt 31 ta’ Lulju fis-6am, sakemm isiru ttiswijiet neċessarji.
Sakemm isiru x-xogħolijiet, is-sewwieqa ġentilment mitluba jgħaddu minn triq alternattiva fil-viċin lejn Triq B. Bontadini, kif indikat fil-mappa.
Dawn ix-xogħolijiet huma essenzjali biex jassiguraw l-istabbilta’ tal-provvista talelettriku wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt l-art. Filwaqt li tirringrazzja lillpubbliku għall-koperazzjoni tiegħu, l-Enemalta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.