Repubblika Tikteb Ittra Lill-PL Biex Titlob It-Tkeċċija Tal-Eks Mexxej Joseph Muscat
F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Parit Laburista, il-President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina qara ittra li kiteb lill-Partit Laburista biex jitlob it-tkeċċija tal-eks Mexxej Joseph Muscat mill-PL.
L-għaqda talbet ukoll li l-ministri li kienu fil-kabinett ta’ Muscat ma jikkontestawx l-elezzjoni ġenerali u ma jingħataw l-ebda kariga pubblika.
F’ittra indirizzata lill-President Ramona Attard, l-NGO qalet li t-talba qed issir wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-ittra nqrat lill-midja barra l-Kwartieri Ġenerali fejn wara daħal fil-Kwartieri Ġenerali tal-PL biex jippreżenta l-ittra personalment.