Aġġornat: Il-Ġuvnott ta’ 14-il Sena Jinħeles Mill-Arrest B’Diversi Kundizzjonijiet

 Aġġornat: Il-Ġuvnott ta’ 14-il Sena Jinħeles Mill-Arrest B’Diversi Kundizzjonijiet

Ġuvnott ta’ 14-il sena għadu kemm tressaq il-Qorti b’rabta mal-argument li seħħ ftit tal-jiem ilu f’Tas-Sliema kif ukoll ma’ ieħor li kellu erbat ijiem qabel f’Tal-Pietà.

Il-Ġuvnott huwa student mill-Imsida pero’ ismu ma jistax jixxandar minħabba li għadu minorenni.

Huwa kien akkużat li fit-23 ta’ Lulju kkaġuna ġrieħi gravi lil żagħżugħ ta’ 24 sena fid-dar tal-vittma f’Tal-Pietà. Huwa kien mixli wkoll li fis-27 ta’ Lulju, f’Tas-Sliema, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Ingliż ta’ 21 sena.

Fl-awla ż-żagħżugħ qal li fiż-żewġ okkażjonijiet huwa kien qed jiddefendu lilu nnifsu.

Madankollu l-Pulizija qed tinsisti li anke jekk dan kien minnu huwa ddefenda lilu nnifsu b’mod sproporzjonat tant li uża sikkina.

Il-Maġistrat Monica Vella laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,500, kif ukoll fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jistax isiefer jew javviċina x-xhieda u l-allegati vittmi.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Roderick Attard u Jessica Bezzina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com