Raġel ta’ 26 Sena Weġġa’ Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur
Raġel ta’ 26 sena u residenti ż-Żurrieq, għal xi s-2am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u waqa’.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.