L-Aħħar Ġimgħa Ta’ Lulju Kienet Waħda Mpenjattiva Għad-Dwana
Nhar il-Ġimgħa, fis-sala tat-tluq fl-Ajruport ta’ Malta, uffiċjali tad-Dwana Kontra l-Ħasil tal-Flus elevaw €11,500 fi flus kontanti mhux iddikjarati minn fuq passiġġiera Bulgara li naqset milli tippreżenta ruħu lid-Dwana għad-dikjarazzjoni tagħhom qabel it-tluq tagħha minn Malta lejn Sofija. Il-passiġġiera qablet li tħallas il-multa biex tkompli l-vjaġġ tagħha.
Fl-Ajruport ta’ Malta ukoll aktar kmieni matul il-ġimgħa l-oħra, id-Dwana interċettat passiġġier raġel, li kellu passaport Ingliż, u kien qed iġorr 3 pakketti ta’ ħaxix tal-kannabis u 3 pakketti ta’ reżina tal-kannabis fil-bagalji tiegħu. Instab ukoll li kien qed iġorr crusher u miżien diġitali żgħir. Din is-sejba kienet possibbli wara informazzjoni li daħlet għand il-Pulizija u permezz tal-kelb ‘Stan’ mis-Sezzjoni tal-K9 tad-Dwana għamel sinjal pożittiv. Il-passiġġier u l-affarijiet tiegħu ngħataw lill-Pulizija fejn ġie skortat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni.
Aktar droga inqabdet matul l-istess ġimgħa, meta l-Uffiċjal Tad-Dwana K9 ‘Sparky’ irreaġixxa b’mod pożittiv għal pakkett li wasal Malta permezz ta’ servizz tal-posta. Uffiċjal tal-infurzar tad-Dwana ġie msejjaħ biex jispezzjona l-kontenut u wara test preliminari fuq il-post, irriżulta li l-pakkett kien fih 1 kilogramma ta’ raża tal-kannabis. Pakkett ingħata lill-Pulizija għal aktar investigazzjoni.
Il-ħidma tad-Dwana kompliet ukoll matul tfittxijiet f’diversi ħwienet, fejn l-Uffiċjali tad-Dwana interċettaw diversi pakketti ta’ shisha minn maħżen f’Pembroke u diversi fliexken ta’ prodotti alkoħoliċi minn ħanut f’San Ġiljan.
Intant, Uffiċjali tad-Dwana ġew msejjħa għall-assistenza fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun, wara li sabu ammont ta’ sigaretti tal-kuntrabandu f’basket ta’ raġel Sudaniż li nqabad fil-Marsa.