Il-Pellegrinaġġ Bil-Vara Ta’ San Pawl Ġie Kanċellat

 Il-Pellegrinaġġ Bil-Vara Ta’ San Pawl Ġie Kanċellat

Fi stqarrija maħruġa mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta flimkien mal-Għaqda tal-Pawlini dwar il-pellegrinaġġ bil-vara ta’ San Pawl li kellu jsir nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru 2021, dan ġie konfermat li mhux ħa jsir.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tad-direttivi fis-seħħ, hekk kif stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-Għaqda tal-Pawlini appellaw biex filwaqt li nħarsu s-saħħa ta’ xulxin, nibqgħu npoġġu s-saħħa tal-poplu tagħna taħt il-ħarsien tal-Appostlu Missierna San Pawl.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com