L-Uffiċċju Tal-Kummissarju Għat-Tfal Emfasizza T-Tħassib Tiegħu Dwar Iż-Żewġ Ommijiet Li Ntbagħtu L-Ħabs
F’stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal emfasizza t-tħassib tiegħu, kif ġie mxandar diġà fuq il-midja soċjali, dwar dawk iż-żewġ ommijiet li ntbagħtu l-ħabs u li għandhom tfal żgħar ħafna.
L-Uffiċju saħaq li Artiklu 9 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-Tfal jgħid, b’mod ċar, li t-tfal m’għandhomx jiġu mifruda minn mal-ġenituri tagħhom. L-istess Artiklu jgħid ukoll li jekk għal xi raġuni jew oħra t-tfal jiġu sseparati minn mal-ġenituri, għandhom ikollhom relazzjonijiet u kuntatt dirett mal-ġenituri tagħhom.
“L-Awtoritajiet għandhom jieħdu azzjoni sabiex jassiguraw li dawn it-tfal jkunu protetti u li ddeċiżjonijiet li jittieħdu, jittieħdu fl-aħjar interessi tagħhom. L-Uffiċċju tal-Kumissarju għat-Tfal jappela lill-Ġudikatura biex f’każijiet bħal dawn, turi sensitivita’ u li tassigura d-dritijiet tat-tfal. Mezzi oħra ta mogħtija ta’ sentenzi kellhom jiġu kkunsidrati f’dan il-każ. Id-deċiżjoni li ttieħdet biex dawn iż-żewġ ommijiet imorru l-habż għandha tiġi rriveduta kemm jista’ ikun malajr.” Tenna jgħid l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f’din l-istqarrija.
l-Uffiċċju kkonkluda billi qal li jħeġġeġ l-entitajiet kollha involuti biex jassiguraw li t-tfal jiġu mħarsa, li jkkollhom kuntat xieraq m’ommhom u li tiġi rrispettata l-privatezza tagħhom.