“Kommess Li Nrodd Lura L-Fiduċja Murija Fija U Lis-Settur Tal-Volontarjat” – Jesmond Saliba

 “Kommess Li Nrodd Lura L-Fiduċja Murija Fija U Lis-Settur Tal-Volontarjat” – Jesmond Saliba

“Nilqgħa b’umiltà u responsabiltà l-approvazzjoni b’mod unanimu mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament, in-nomina unanima mill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali biex ninħatar Kummissarju responsabbli minn settur li tagħni ħafna.”

Hekk kiteb Jesmond Saliba fuq il-mezzi soċjali tiegħu wara li ġie approvat sabiex jieħu l-kariga bħala l-Kummissarju l-ġdid għall-Għaqdiet Volontarji.

Jesmond Saliba ħadem fis-settur pubbliku, f’dak privat u fil-qasam tal-volontarjat fejn tul il-karriera tiegħu kien fdat, fost l-oħrajn, bit-tfassil tal-politika ta’ diversi entitajiet u r-relazzjonijiet ma’ msieħba diversi fis-soċjetà. Għandu wkoll esperjenza estensiva fix-xandir.

Saliba ilu involut fis-settur tal-volontarjat għal bosta snin, minn dak mużikali u sportiv fil-lokalità tal-Fgura għal dak sportiv fuq livell nazzjonali, fosthom il-Malta Volleyball Association. Issa ilu għall-aħħar għaxar snin membru fil-Bord tad-Diretturi tad-Dar tal-Providenza u huwa wkoll membru ta’ Fondazzjoni Sebħ u Save a Life.

“Kommess li nrodd lura l-fiduċja murija fija u lis-settur tal-volontarjat. Hekk Alla jghinni.” Temm jgħid Jesmond Saliba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com