Id-Dwana Toffri Għall-Bejgħ Karozzi, Żraben, Ħwejjeġ U Diversi Oġġetti Oħra
Fi stqarrija mid-Dipartiment tad-Dwana ntqal li se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom. B’kollox hemm 50 lott li huma kif ġej:
- 14-il lott ta’ żraben;
- 13-il lott WCs;
- 10 lottijiet ħwejjeġ;
- 8 lottijiet haberdashery; u
- 5 karozzi, kif ġej:
– Fiat Punto;
– Ford Fusion;
– Ford Focus;
– Chevrolet Lancetti; u
– Mazda 323
L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn, 16 ta’ Awwissu, 2021 u l-Ġimgħa, 20 ta’ Awwissu, 2021 mit-8:00 sa nofsinhar.
Biex jara l-lottijiet, jiġbor formoli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jenħtieġ, wieħed jista’ jagħmel dan mill-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew iċempel fuq in-numru 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.