Rudolph Marmara Elett Segretarju Eżekuttiv Organizzativ Tal-PN

 Rudolph Marmara Elett Segretarju Eżekuttiv Organizzativ Tal-PN

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ilbieraħ eleġġa lil Rudolph Marmara bħala s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv il-ġdid. Intqal dan fi stqarrija mill-PN.

Marmara kien elett wara li l-kariga kienet vakata minn Michael Piccinino fil-jiem li għaddew wara li hu kien elett bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit.

Fil-kariga tieghu ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv, is-sur Marmara se jkun responsabbli mill-organizazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll mal-loġistika meħtieġa biex l-organi u l-organizzazzjonijiet tal-partit iwettqu l-ħidma politika tagħhom b’mod effiċjenti ta’ kuljum. F’dan ir-rwol, is-sur Marmara ser ikun qiegħed jaħdem id f’id mas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino.

Rudolph Marmara huwa gradwat b’Masters Degree fil-Management, kellu esperjenza bħala Manager tal-HR kif ukoll ilu attiv għal snin twal fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com