Ħabib Onest Qallu Li D-Diżabbilità Taf Taħdem Kontrieh – Iħeġġeġ Li Jinħolqu Iżjed Opportunitajiet

 Ħabib Onest Qallu Li D-Diżabbilità Taf Taħdem Kontrieh – Iħeġġeġ Li Jinħolqu Iżjed Opportunitajiet

“Oliver ftakar li int persuna b’diżabilità u qiegħed ngħidlek hekk biex tipprepara ruħek, għax dik taf taħdem kontrik”. Dan hu kliem ta’ ħabib sinċier ta’ Oliver Scicluna li llum huwa membru parlamentari fi ħdan il-Partit Laburista. Scicluna qal li dan il-kliem żammu f’moħħu għaliex dan sieħbu, dejjem kritikah bi kritika kostruttiva għall-ġid.

L-esperjenza politika u l-barriera tad-diżabilità tiegħi mhux li qed toħloqli barrieri ta’ barra minn hawn. Iva vera irid ikollok stamina kemm b’mod fiżiku kif ukoll psikoloġiku. F’dawn ix-xhur kien hemm mumenti meta staqsejt lili nnifsi x’qiegħed nagħmel, għalfejn aċċettajt u dħalt fil-politika, iżda d-determinazzjoni li nipprova nbiddel u noħloq klima politika ġdida nibqa’ nemmen fiha. Jien mhux xi salvatur u fl-ebda mument ma jien ha nkun. Jien parti minn grupp ta’ nies, għalkemm nipprova bil-ħiliet u l-esperjenza tiegħi naħdem għall-poplu speċjalment fil-qasam li jien espert tiegħu. Il-qasam soċjali“, spjega Scicluna.

Kompla billi jgħid li qatt ma uża d-diżabilità bħala skuża u mhux beħsiebu jagħmel dan, imma qal li xi kultant l-għajja tħossha, speċjalment wara xi mixja tajba biex tiltaqa’ man-nies, jew inkella wara xi nofs siegħa jipprova jsib parkeġġ biex iżur xi lokalità jew oħra, wara ġurnata laqgħat jiġri minn post għal ieħor. Għalkemm dawn huma sfidi, ma jaqtgħulux qalbu imma jtenni li kull bniedem għandu l-limitu tiegħu.

“Nemmen fis-sħiħ li l-Istat bħalma ħadem biex ikun hemm ugwaljanza fost il-ġeneri, għandu jaħdem biex il-parlament ikun iżjed rappreżentattiv tal-poplu. Jekk irridu naraw iżjed persuni b’diżabilità jidħlu fil-politika, għandna noħolqu iżjed opportunitajiet u għandna nagħtu iżjed għodod. Inutli nitkellmu fuq l-inklużjoni jekk l-ekwità ma tkunx eżistenti fejn il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jqumu u leħinhom jidwi ma’ kullimkien.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com