Akkademja Mużikali Fl-Okkażjoni Tal-10 Snin Anniversarju Mit-Twaqqif Tal-Banda Tal-Imġarrin

 Akkademja Mużikali Fl-Okkażjoni Tal-10 Snin Anniversarju Mit-Twaqqif Tal-Banda Tal-Imġarrin

Hekk kif il-festa tar-raħal tal-Imġarr bdiet toqrob sew, waħda mill-attivitajiet prinċipali għal din is-sena ħa tkun l-Akkademja Mużikali ’10 Snin Impenn Mużikali. Din l-Akkademja Mużikali ħa tkun qed tittella’ nhar it-Tnejn 16 ta’Awwissu mis-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr, f’Wesgħat il-Ġublew l-Imġarr.

Dan il-kunċert qed issir fl-okkażjoni tal-10 snin Anniversarju mit-twaqqif tas-soċjetà.

Waqt din l-Akkademja Mużikali se jindaqqu diversi innijiet Marjani. Il-qofol jintlaħaq meta l-banda ddoqq għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir ‘Mbierka s-Sema’. Dan l-innu għandu lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika tas-Surmast Ray Sciberras.

F’din l-akkademja se jieħdu sehem is-sopran Claire Caruana u t-Tenur Georg Zammit flimkien mal-Kor Cappella Musicale Cæciliana taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Abraham D’Amato.

Ħa jkun qed jieħu sehem ukoll il-Kor Regina Coeli mmexxi minn Mro. Mary Cauchi.

Il-Banda Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Tancred Grech.

Waqt din l-Akkademja se tiġi mnedija s-CD doppja bl-innijiet Marjani u marċi brijjużi kif ukoll il-ktieb  tal-istorja tal-Banda tal-Imġarrin ‘10 Snin Impenn Mużikali’.

Waqt is-serata se jkun hemm spettaklu kbir ta dawl li se jakkumpanja l-banda.

Jekk tixtieq tattendi għal dan il-Kunċert għandek tirriserva l-post tiegħek billi tibgħat ismek, in-numru tal-mobile u n-numru tal-karta tal-identità b’email lil [email protected] jew biċ-ċellulari lin-numru 79674678. Kull persuna li ħa tattendi għanda tippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin mad-dħul.

Kulħadd mitlub ikun bilqiegħda f’postu fit-8.30pm. L-Akkademja Mużikali tibda fi 8.45pm.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem is -Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarjii mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com