Raġel Ta’ 84 Sena Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Ma’ Ħajt Fiż-Żejtun

 Raġel Ta’ 84 Sena Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Ma’ Ħajt Fiż-Żejtun

Raġel ta’ 84 sena residenti Ħal Għaxaq sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ dan il-lejl, għal xi t-3:30am, fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 84 sena residenti Ħal Għaxaq, tilef il-kontroll tal-vettura Peugeot Partner li kien qiegħed isuq u kellu mpatt ma’ ħajt.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com