Attivitajiet Ħa Jibqgħu Jsiru Bilqegħda Però Jiżdied In-Numru Ta’ Nies Li Jistgħu Jattendu

 Attivitajiet Ħa Jibqgħu Jsiru Bilqegħda Però Jiżdied In-Numru Ta’ Nies Li Jistgħu Jattendu

F’konferenza tal-aħbarijiet mid-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci qalu li l-attivitajiet ħa jkunu qed jibqgħu jsiru b’mod bilqegħda, però minn wara s-16 ta’ Awwissu jiżdiedu n-numri ta’ persuni li jistgħu jattendu, b’clusters ta’ 300 ruħ. Mit-30 ta’ Awissu dan jitla għal 500 ruħ f’kull cluster.

Restrizzjoni oħra li ħa tkun qed tinbidel hija li min ikun f’kuntatt ma’ persuna pożittiva bil-Covid-19 mis-16 ta’ Awwissu minflok ħa jkunu qed jagħmlu kwarantina ta’ 14-il ġurnata dawn ħa jkunu jistgħu jagħmlu 7 t’ijiem. Din hija applikabbli biss għal dawk kollha li huma mlaqqma b’mod sħiħ bil-vaċċin kontra l-Covid-19.

Id-DPM qal ukoll li bħal issa 95% tal-każijiet huma każijiet tal-varjant Delta. S’issa 86% tal-adulti f’Malta huma kompletament imlaqqma bil-vaċċin.

Bħalissa 35 persuna qed jieħdu l-kura f’Mater Dei, filwaqt li hemm 4 pazjenti fl-ITU fosthom mara li qed tistenna tarbija.

Jidher li fil-bidu ta’ Lulju meta bdew jiżdiedu l-każijiet 60% tal-każijiet kienu barranin, bħalissa dan il-perċentaġġ niżel għal 20%.

Id-DPM Chris Fearne ħabbar ukoll li mara ta’ 88 sena mietet pożittiva għal-Covid-19 ftit minuti qabel bdiet il-konferenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com