Omm Maltija Ssir Taf Li L-Ħajja Tagħha Kienet Salvata Bid-Donazzjoni Ta’ Patri Mario

 Omm Maltija Ssir Taf Li L-Ħajja Tagħha Kienet Salvata Bid-Donazzjoni Ta’ Patri Mario

Agnes omm Maltija ta’ tliet itfal kellha sorpriża kbira hekk kif wara sentejn kellha tkun taf li d-donatur li salva ħajjitha f’operazzjoni tal-mudullun kien Patri Mario Sant.

Patri Mario Sant, huwa Frangiskan Konventwali ta’ 39 sena li jinsab f’Londra biex jappoġġja lill-pazjenti Maltin li jitilgħu għal kura.

Patri Mario rrakkonta kif tliet snin ilu kien hemm tifel ta’ ħames snin li kellu bżonn trapjant ta’ mudullun u fid-dinja ma setgħux isibulu donatur. Komplew ifittxu, imbagħad sabu donatur imma l-match ma kinitx mija fil-mija. Kien tard wisq biex isalva lit-tifel, kien miet ftit wara, iżda s-saċerdot tpoġġa fuq id-database internazzjonali bħala donatur tal-mudullun.

F’Marzu 2019, iltaqa’ mal-pazjenta Agnes Vella, ta’ 59 sena, li kellu bżonn stem cells mill-mudullun biex iwaqqaf il-kanċer tagħha. Hi kienet qed tirċievi l-kura f’Royal Marsden f’Londra. Patri Mario kien jiċċajta ma’ Agnes li seta’ jkun hu d-donatur tagħha hekk kif dak iż-żmien kien għadu kif ġie mgħajjat biex jagħti d-donazzjoni fi sptar differenti.

Wara dak iż-żmien Agnes flimkien mar-raġel tagħha Francis baqgħu f’kuntatt ma’ Patri Mario sakemm fl-aħħar Agnes xtaqet tkun taf min kien d-donatur tagħha biex tirringrazzjah.

B’sorpriża kbira tfaċċa Patri Mario Sant quddiema bħala d-donatur tagħha. “Kien mument sabiħ meta skoprejna li jien kont id-donatur tagħha. Ma stajniex nemmnu li bla ma riedna konna qsamna dan il-vjaġġ speċjali flimkien,” tenna Patri Mario.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com