Il-Perit Mintoff Kienu Jsejħulu S-Salvatur Ta’ Malta
Bħal-lum 6 t’Awwissu, taqbel jew ma taqbilx miegħu, apparti l-awguri tal-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, minn mindu bdiet il-mdija soċjali, bdejna naraw bosta posts li jfakkru t-twelid tal-Perit Duminku Mintoff. Kellu l-għajta ta’ Salvatur ta’ Malta.
Huwa twieled bħal-lum fis-sena 1916 u kien mexxej tal-Partit Laburista bejn is-sena 1949 u l-1984. Kien it-8 Prim Ministru ta’ Malta u kien magħruf għal mod ta’ kif iwassal messaġġ tant li l-istoriċi jsejħulu ‘oratur’.
It-titlu ta’ Salvatur ta’ Malta ġie wara li Mintoff, kien irnexxielu joħloq xogħol, infrastruttura u anke benefiċċji soċjali li wħud minnhom għadhom jitgawdew sal-lum.
Dan irridu npoġġuh f’kuntest storiku fiż-żmien, meta Malta riedet tara x’tagħmel biex tibni lilha nnfisha meta l-Ingliżi bdew anke jaħsbu li jitilqu minn pajjiżna.
Bniedem kontroversjali iżda wkoll irrispettat. Insellmu lil dan il-ġgant politiku Malti.
Ritratt: BBC