80% Tax-Xogħlijiet Fi Triq L-Imġarr, In-Nadur Issa Huma Lesti
Il-Ministru Camilleri spjega li dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq, sistemi miżjuda ta’ sigurtà fit-triq biex jonqos ir-riskju tal-aċċidenti, il-bini mill-ġdid tar-retaining walls u ħajt tas-sejjieħ u faċilitajiet oħrajn sabiex is-servizzi neċessarji jgħaddu minn taħt it-triq.
Ġie spjegt kif Triq l-Imġarr kienet ingħalqet minħabba l-ħsarat strutturali kbar li kien hemm u kienet inadekwata u ta’ periklu għal min jużaha. Partijiet minn Triq l-Imġarr kienu jeħtieġu l-kostruzzjoni ta’ structural reinforced friction piles fil-fond ta’ 22 metru u l-kolonni strutturali ta’ fuq, travi u struttura tat-triq rinfurzata. L-użu ta’ din it-tip ta’ struttura għall-kostruzzjoni tat-toroq huwa totalment ġdid għal Għawdex.
Il-Ministru Clint Camilleri fakkar li sadanittant tranġaw u tlestew ukoll li Triq iż-Żewwieqa li setgħet isservi ta’ triq alternattiva għal Triq in-Nadur u Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem ukoll
Il-Ministru għal Għawdex irringrazzja lill-ħaddiema li anke fl-eqqel tas-sajf qed jibqgħu għaddejjin bix-xogħlijiet f’din it-triq sabiex tkompli titjieb is-sigurtà u l-poplu Għawdxi jkollu t-toroq li jixraq lil din il-gżira.
Ritratti: MGOZ