Mara Tweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku Fix-Xemxija

 Mara Tweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku Fix-Xemxija

Ilbieraħ għall-ħabta tal-4:45pm, il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li vettura Mazda Demio misjuqa minn mara Ukrena ta’ 32 sena, residenti il-Marsa ħabtet ma’ tliet vetturi pparkjati tal-għamla BMW 320I, Renault Megane u Mitsubishi L200.

Filwaqt li x-xufiera ma soffrietx ġrieħi, mara ta’ 40 sena mill-Estonja, residenti n-Naxxar, li kienet passieġiera fl-istess karozza kellha tingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com