“Ħassejt Li Minflok Fjuri Nagħtu Għotja Lill-Ġenituri Li Għandhom Tewmin B’Diżabbilità Rari”
Il-Membru Parlamentari Ivan Bartolo li għandu għall-qalbu l-festa tal-Assunta b’mod speċjali dik iċċelebrata fil-Mosta, qasam ġest nobbli li għamel fuq il-midja soċjali tiegħu.
Tenna kif ta’ kull sena jpoġġi fjuri quddiem l-istatwa ta’ Santa Marija.
“Imma ħassejt li minflok fjuri, nagħtu għotja lill-ġenituri li għandhom tewmin b’diżabilita’ rari.” Qal li kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ Len u Jacobs.
Saħaq li kull persuna fit-tim tiegħu tah xi ħaġa mill-paga u flimkien inġabret is-somma ta’ €8️⃣0️⃣0️⃣.
Ġest nobbli u bżonnjuż.