Il-Grupp ABBA Jipprotesta Fil-Belt Valletta Kontra L-Vaċċin U R-Restrizzjonijiet
Dalgħodu fil-Belt Valletta l-grupp ABBA reġa’ ltaqa’ biex jipprotesta kontra r-restrizzjonijiet biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19.
Il-grupp qed jipprotesta kontra r-restrizzjonijiet b’rabta mal-Covid-19 li qed jgħidu li jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Il-grupp qed jipprotesta wkoll kontra trattament differenti bejn min hu mlaqqam u min ma ħax il-vaċċin.
Il-protesta saret fil-preżenza tal-Pulizija li ħadu ħsieb li jiġu osservati l-liġijiet.